24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — L-Italja) — Militzer & Münch GmbH vs Ministero delle Finanze
(Kawża C-230/06) (1)
(Unjoni doganali - Tranżitu Komunitarju - Irkupru tad-dejn doganali - Stat Membru kompetenti - Prova tar-regolarità ta' l-operazzjoni jew tal-post fejn seħħ il-ksur - Termini ta' żmien - Responsabbiltà tal-prinċipal)
(2008/C 128/07)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Militzer & Münch GmbH
Konvenut: Ministero delle Finanze
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 11a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1062, tas-27 ta' Marzu 1987, li jipprovdi dispożizzjonijiet ta' applikazzjoni kif ukoll miżuri għas-semplifikar tar-reġim tat-tranżitu Komunitarju (ĠU L 107, p. 1) u ta' l-Artikolu 215(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913, tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1) — Verifika mid-dwana ta' destinazzjoni li ġiet attestata b'dokumenti foloz — Terminu previst sabiex jiġi nnotifikat il-fatt li kunsinna ma ġietx ippreżentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni — Applikabbiltà
Dispożittiv
1)
Sabiex tiġi vverifikata l-kompetenza ta' l-Istat Membru li wettaq l-irkupru tad-dazju doganali, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk, fil-mument ta' meta ġie kkonstatat li l-kunsinna ma ġietx ippreżentata lill-uffiċċju tad-destinazzjoni, il-post fejn seħħet l-offiża jew l-irregolarità setax jiġi stabbilit. Jekk dan huwa l-każ, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 203(1) u 215(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, jippermettu li jiġi magħżul bħala kompetenti sabiex jirkupra d-dejn doganali dak l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu seħħet l-ewwel offiża jew irregolarità li tista' tiġi kkwalifikata bħala tneħħija mis-sorveljanza doganali. Min-naħa l-oħra, jekk il-post fejn seħħet l-offiża jew l-irregolarità ma setax jiġi stabbilit, l-Istat Membru li minnu jiddependi l-uffiċċju tat-tluq huwa kompetenti sabiex iwettaq l-irkupru tad-dazju doganali, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 378 u 379 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta' Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92.
2)
Meta kunsinna ma ġietx ppreżentata lill-uffiċċju tad-destinazzjoni u fil-każ li l-post fejn seħħet l-offiża jew l-irregolarità ma setax jiġi stabbilit, huwa biss l-uffiċċju tat-tluq li għandu jwettaq in-notifika prevista fl-osservanza tat-termini ta' ħdax-il xahar u ta' tliet xhur imsemmija fl-Artikolu 379(1) u (2) tar-Regolament Nru 2454/93.
3)
Il-fatt li forwarding agent doganali, fil-kwalità tiegħu ta' prinċipal, jinżamm responsabbli għad-dejn doganali ma jmurx kontra l-prinċipju ta' proporzjonalità.
(1) ĠU C 190, 12.8.2006.
Full & Egal Universal Law Academy