27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-239/06) (1)
(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Importazzjoni b’eżenzjoni mid-dażju ta’ apparat militari”)
2010/C 51/08
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, C. Cattabriga, u L. Visaggio, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, G. De Bellis, avvocato dello Stato)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentantI: E.-M. Mamouna u A. Samoni-Rantou kif ukoll M. K. Boskovits, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: A. Guimaraes-Purokoski, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989 li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 155, p. 1) u tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169 — 180) — Importazzjoni eżenti mid-dażju fuq apparat militari — Rifjut li jiġu kkalkulati s-somom li kellhom jinġabru u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet
Dispożittiv
(1)
Billi eżentat l-importazzjoni tal-materjal militari mid-dazji doganali għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 1998 sal-31 ta’ Diċembru 2002 u billi rrifjutat li tikkalkola, li tikkonstata u li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni r-riżorsi proprji li ma nġabrux minħabba din l-eżenzjoni kif ukoll l-interessi moratorji dovuti minħabba n-nuqqas ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ta’ dawn ir-riżorsi proprji fit-terimini imposti, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/1989, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni (Euratom) 88/376/KEE, dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 1355/96, tat-8 ta’ Lulju 1996, kif ukoll mill-istess artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Ellenika u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 178, 29.7.2006
Full & Egal Universal Law Academy