29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-14 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Landgericht Koblenz — Il-Ġermanja) — Dynamic Medien Vertriebs GmbH vs Avides Media AG
(Kawża C-244/06) (1)
(Moviment liberu tal-merkanzija - Artikolu 28 KE - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Direttiva 2000/31/KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-bejgħ b'korrispondenza ta' vidjogrammi li ma ġewx suġġetti, mill-awtorità kompetenti, għall-kontroll u għall-klassifikazzjoni għall-finijiet tal-protezzjoni tal-minuri min-naħa ta' awtorità kompetenti nazzjonali u li ma jinkludux indikazzjoni, li toriġina minn din l-awtorità, ta' l-età minn meta wieħed jista' jara dawn il-vidjogrammi - Vidjogrammi importati minn Stat Membru ieħor, li ġew suġġetti għall-kontroll u għall-klassifikazzjoni min-naħa ta' l-awtorità kompetenti ta' dan l-Istat u li għandhom fuqhom indikazzjoni dwar limitu ta' età - Ġustifikazzjoni - Protezzjoni tat-tfal - Prinċipju ta' proporzjonalità)
(2008/C 79/05)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Koblenz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dynamic Medien Vertriebs GmbH
Konvenuta: Avides Media AG
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Koblenz — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 28 u 30 KE kif ukoll tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/31/KE tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178 tas-17 ta' Lulju 2000, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-protezzjoni tal-minuri li tipprojbixxi l-bejgħ bil-korrispondenza ta' stampi li mhumiex indikati bħala li ġew iddikjarati li huma liberament aċċessibili minn minuri mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru — Stampi importati minn Stat Membru ieħor li ġew iddikjarati li huma liberament aċċessibili minn minuri ta' ċertu faxx ta' età mill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru — Prinċipju ta' proporzjonalità
Dispożittiv
L-Artikolu 28 KE ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi l-bejgħ u t-trasferiment b'korrispondenza ta' vidjogrammi li ma ġewx suġġetti, minn awtorità reġjonali għolja jew korp nazzjonali ta' awtoregolazzjoni volontarja, għal kontroll kif ukoll għal klassifikazzjoni għall-finijiet tal-protezzjoni tal-minuri u li ma jinkludux indikazzjoni, li toriġina minn din l-awtorità, ta' l-età minn meta wieħed jista' jarahom, ħlief jekk jirriżulta li l-proċedura ta' kontroll, ta' klassifikazzjoni u ta' tikkettar ta' vidjogrammi stabbilita minn din il-leġiżlazzjoni mhix faċilment aċċessibbli jew ma tistax tiġi kompluta fi żmien raġonevoli jew inkella li d-deċiżjoni tar-rifjut ma tistax tkun is-suġġett ta' rikors ġudizzjarju.
(1) ĠU C 178, 29.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy