8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social Único de Algeciras — Spanja) — Josefa Velasco Navarro vs Fondo de Garantia Salarial (Fogasa)
(Kawża C-246/06) (1)
(Politika soċjali - Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta' l-insolvenza ta' min iħaddimhom - Direttiva 80/987/KEE kif emendata bid-Direttiva 2002/74/KE - Effett dirett - Kumpens għal sensja inġusta miftiehem wara konċiljazzjoni ġudizzjarja - Ħlas assigurat mill-istituzzjoni ta' garanzija - Ħlas suġġett għall-adozzjoni ta' deċiżjoni ġudizzjarja)
(2008/C 64/09)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social Único de Algeciras
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Josefa Velasco Navarro
Konvenuta: Fondo de Garantia Salarial (Fogasa)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Social Único de Algeciras — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, ta' l-20 ta' Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-protezzjoni ta' l-impjegati f'każ ta' l-insolvenza ta' min iħaddimhom (ĠU L 283, p. 23), kif emendata bid-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' Settembru 2002 (ĠU L 270, p. 10) — Portata tal-garanzija mogħtija mill-istituzzjoni tal-garanzija — Kumpens fil-każ ta' tmiem tar-relazzjoniiet ta' l-impjieg — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ sentenza jew deċiżjoni amministrativa għal dan il-kumpens — Effett dirett tad-Direttiva kif emendata, f'dak li jirrigwarda sitwazzjoni ta' insolvenza ddikjarata, bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2002/74 u l-iskadenza tat-terminu ta' traspożizzjoni tagħha.
Dispożittiv
1)
Fil-każ ta' nuqqas ta' traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali fit-8 ta' Ottubru 2005 tad-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ta' l-impjegati f'każ ta' l-insolvenza ta' min iħaddimhom, l-effett dirett eventwali ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, ta' l-20 ta' Ottubru 1980, dwar il-protezzjoni ta' l-impjegati f'każ ta' l-insolvenza ta' min iħaddimhom, kif emendata mid-Direttiva 2002/74, ma jistax, f'kull każ, jiġi invokat fir-rigward ta' stat ta' insolvenza li seħħ qabel din id-data.
2)
Meta l-leġiżlazzjonali nazzjonali taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 80/987, kif emendata bid-Direttiva 2002/47, il-qorti nazzjonali hija obbligata, fir-rigward ta' stat ta' insolvenza li seħħ bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din l-aħħar direttiva u d-data ta' l-iskadenza tat-terminu ta' traspożizzjoni tagħha, tiggarantixxi applikazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni nazzjonali skond il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni, kif rikonoxxut mis-sistema ġuridika Komunitarja.
(1) ĠU C 212, 2.9.2006.
Full & Egal Universal Law Academy