20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-247/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Effett ta' ċerti proġetti fuq l-ambjent - Stallazzjoni ta' tisħin - Produzzjoni ta' enerġija - Inċinerazzjoni parzjali ta' prodotti perikolużi)
(2008/C 327/02)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: U. Wölker u F. Simonetti, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. [rappreżentanti: M. Lumma u C. Schulze-Bahr, aġenti]
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: T. Harris u I. Rao, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 4(1), flimkien mal-punt 9 tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill [85/337/KEE], tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40) kif emendata mid-Direttiva 97/11/KE, tat-3 ta' Marzu 1997 (ĠU L 73, p. 5) — Awtorizzazzjoni mingħajr stima tal-effetti fuq l-ambjent ta' stallazzjoni ta' tisħin għall-produzzjoni ta' enerġija permezz ta' inċinerazzjoni parzjali ta' skart perikoluż — Operazzjonijiet ta' eliminazzjoni u operazzjonijiet ta' rkupru ta' skart
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 190, 12.8.2006.
Full & Egal Universal Law Academy