9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta Spanja
(Kawża C-248/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Libertà ta' stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet - Riċerka u żvilupp - Sistema ta' tnaqqis ta' l-ispejjeż sostnuti barra mill-pajjiż)
(2008/C 116/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 43, 48, u 49 KE u ta' l-Artikoli 31 u 36 ŻEE — Sistema ta' tnaqqis ta' spejjeż li jikkonċernaw attivitajiet ta' riċerka u żvilupp u innovazzjoni teknoloġika sostnuti barra mill-pajjiż iktar iebsa minn dik applikabbli għal spejjeż magħmula fi Spanja
Dispożittiv
1)
Peress illi żamm fis-seħħ sistema ta' tnaqqis ta' spejjeż li jikkonċernaw attivitajiet ta' riċerka u żvilupp kif ukoll innovazzjoni teknoloġika li hija anqas favorevoli għall-ispejjeż sostnuti barra mill-pajjiż minn dawk sostnuti fi Spanja, liema sistema tirriżulta mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 35 tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji, kif emendata bid-Digriet Irjali Leġiżlattiv 4/2004, tal-5 ta' Marzu 2004, ir-Renju ta' Spanja naqas li jwettaq l-obbigi tiegħu skond l-Artikoli 43 KE u 49 KE, dwar il-libertà ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif ukoll l-artikoli korrispondenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta' Mejju 1992, jiġifieri l-Artikoli 31 u 36 ta' dan il-ftehim.
2)
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 178, 29.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy