1.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-3 ta' Marzu 2009 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Sveżja
(Kawża C-249/06) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 307 KE - Nuqqas ta’ adozzjoni tal-miżuri opportuni sabiex jitneħħew l-inkompatibbiltajiet bejn il-ftehim bilaterali konklużi ma’ pajjiżi terzi qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea u t-Trattat KE - Ftehim konklużi mir-Renju tal-Iżvezja mar-Repubblika tal-Arġentina, ir-Repubblika tal-Bolivja, ir-Repubblika tal-Kosta tal-Ivorju, ir-Repubblika Araba tal-Eġittu, Hong Kong, ir-Repubblika tal-Indoneżja, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Madagaskar, il-Malażja, ir-Repubblika Iżlamista tal-Pakistan, ir-Repubblika tal-Peru, ir-Repubblika ta’ Senegal, ir-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka, ir-Repubblika tat-Tuneżija, ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika ta’ Yemen, u dik li kienet Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja)
2009/C 102/03
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Tufvesson, B. Martenczuk u H. Støvlbæk, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Iżvezja (rappreżentanti: A. Falk u K. Wistrand, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant: D. Kriaučiūnas, aġent), ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: J. Fazekas, K. Szíjjártó u M. Fehér, aġenti, ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: A. Guimaraes-Purokoski u J. Heliskoski, aġenti).
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 307(2) KE – Nuqqas milli jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jelimina l-inkompatibbiltajiet bejn ftehimijiet bilaterali, konklużi ma’ pajjiżi terzi qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru fil-Komunitajiet Ewropej, u t-Tratta KE – Ftehimijiet bilaterali konklużi mir-Renju tal-Iżvezja mar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, u sittax-il pajjiż ieħor, fil-qasam tal-investimenti
Dispożittiv
1)
Billi naqas milli jirrikorri għall-miżuri opportuni sabiex jelimina l-inkompatibbiltajiet relatati mad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ trasferiment ta’ kapital li jinsabu fil-ftehim ta’ investimenti konklużi mir-Renju tal-Iżvezja mar-Repubblika tal-Arġentina, ir-Repubblika tal-Bolivja, ir-Repubblika tal-Kosta tal-Ivorju, ir-Repubblika Araba tal-Eġittu, Hong Kong, ir-Repubblika tal-Indoneżja, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Madagaskar, il-Malażja, ir-Repubblika Iżlamista tal-Pakistan, ir-Repubblika tal-Peru, ir-Repubblika ta’ Senegal, ir-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka, ir-Repubblika tat-Tuneżija, ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika ta’ Yemen, u dik li kienet Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja, ir-Renju tal-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 307 KE.
2)
Ir-Renju tal-Iżvezja huwa kkundanat għall-ispejjeż.
3)
Ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom
(1) ĠU C 178, 29.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy