8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Theodor Jäger vs Finanzamt Kusel-Landstuhl
(Kawża C-256/06) (1)
(Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 73 B u 73 D tat-Trattat KE (li saru l-Artikoli 56 KE u 58 KE) - Taxxi fuq is-suċċessjoni - Stima tal-beni inklużi fis-suċċessjoni - Beni agrikoli u forestali li jinsabu fi Stat Membru ieħor - Metodu inqas favorevoli ta' stima tal-beni u ta' kalkolu tat-taxxa dovuta)
(2008/C 64/10)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Theodor Jäger
Konvenuta: Finanzamt Kusel-Landstuhl
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 56 tat-Trattat KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa fuq is-suċċessjoni — Applikazzjoni tal-metodi ta' stima tal-valur ta' l-artijiet agrikoli u forestali differenti, skond jekk dawn l-artijiet jinsabux fit-territorju nazzjonali jew fi Stat Membru ieħor, kif ukoll tnaqqis fir-rigward ta' l-akkwist ta' l-artijiet li jinsabu fit-territorju nazzjonali, li bħala konsegwenza għandha taxxa ogħla meta l-patrimonju jinkludi artijiet agrikoli u forestali li jinsabu fi Stat Membru ieħor ħlief f'każ ta' lokalizzazzjoni tal-beni kollha li jinsabu fit-territorju nazzjonali
Dispożittiv
L-Artikolu 73B(1) tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 56(1) KE), moqri flimkien ma' l-Artikolu 73D tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 58 KE), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li, għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa fuq is-suċċessjoni komposta minn beni li jinsabu fit-territorju ta' l-imsemmi Stat u minn beni agrikolu u forestali li jinsab fi Stat Membru ieħor,
—
tipprovdi li l-beni li jinsab f'dan l-Istat Membru ieħor jiġi stmat abbażi tal-valur fis-suq tiegħu, filwaqt li beni identiku li jinsab fit-territorju nazzjonali jiġi applikat proċedura partikolari ta' stima fejn ir-riżultati jikkorrispondu biss għal medja ta' 10 % ta' l-imsemmi valur fis-suq, u
—
tirriżerva għall-beni agrikolu u forestali li jinsabu fit-territorju nazzjonali, l-applikazzjoni ta' tnaqqis mogħti abbażi ta' dawn il-beni kif ukoll il-kunsiderazzjoni tal-valur residwali tagħhom sa limitu ta' 60 % biss ta' l-ammont tiegħu.
(1) ĠU C 224, 16.9.2006.
Full & Egal Universal Law Academy