24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-10 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-265/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-merkanzija - Artikoli 28 KE u 30 KE - Artikoli 11 u 13 tal-Ftehim ŻEE - Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Vetturi bil-mutur - Twaħħil ta' film ikkulurit fuq il-ħġieġ)
(2008/C 128/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: A. Caeiros, P. Guerra e Andrade u M. Patakia, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża [rappreżentanti: L. Fernandes, aġent, u A. Duarte de Almeida, avukat]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 28 u 30 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi t-twaħħil ta' film ikkulurit fuq il-ħġieġ tal-vetturi bil-mutur tal-passiġġieri jew tal-merkanzija
Dispożittiv
1)
Billi pprojbixxiet, fl-Artikolu 2(1), tad-Digriet-Liġi Nru 40/2003 tal-11 ta' Marzu 2003, it-twaħħil ta' film ikkulurit fuq il-ħġieġ tal-vetturi bil-mutur, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 28 KE, 30 KE, kif ukoll l-Artikoli 11 u 13 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat-2 ta' Mejju 1992.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 212, 2.9.2006.
Full & Egal Universal Law Academy