5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-22 ta' Mejju 2008 — Evonik Degussa GmbH, li qabel kienet Degussa GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
(Kawża C-266/06 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq tal-metjonina - Multa - Regolament Nru 17 - Artikolu 15(2) - Prinċipju ta' legalità tal-pieni - Żnaturament tal-fatti - Prinċipju ta' proporzjonalità - Prinċipju ta' trattament ugwali)
(2008/C 171/06)
Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Evonik Degussa GmbH, li qabel kienet Degussa GmbH (rappreżentanti: R. Bechtold, M. Karl u C. Steinle, Rechtsanwälte)
Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bouquet, W. Mölls, aġenti, H.-J. Freund, Rechtsanwalt), Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Marquardt, G. Curmi u M. Simm, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla), tal-5 ta' April 2006, Degussa AG vs Il-Kummissjoni (T-279/02), li fiha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet parzjalment ir-rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/674/KE tat-2 ta' Lulju 2002, relatata ma' proċedura skond l-Artikolu 81 KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (ĠU L 255, p. 1) — Akkordju dwar is-suq tal-metjonina — Rekwiżiti tal-prinċipju ta' legalità tar-reati u tal-pieni fir-rigward ta' sistema ta' multi prevista mill-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17/62
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Evonik Degussa GmbH hija kundannata għall-ispejjeż.
3)
Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 190, 12.8.2006.
Full & Egal Universal Law Academy