24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) ta' l-1 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerisches Verwaltungsgericht München, il-Ġermanja) — Tadao Maruko vs Versorgungsanstalt der deutschen Bühnen
(Kawża C-267/06) (1)
(Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol - Direttiva 2000/78/KE - Benefiċċji lis-superstiti previsti minn skema ta' sigurtà soċjali professjonali obbligatorja - Kunċett ta' “paga’ - Rifjut ta' għoti għaliex ma kienx hemm ir-rabta taż-żwieġ - Imsieħba ta' l-istess sess - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali)
(2008/C 128/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bayerisches Verwaltungsgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Tadao Maruko
Konvenuta: Versorgungsanstalt der deutschen Bühnen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bayerisches Verwaltungsgericht München — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 1, 2(2)(a), 3(1)(c) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, p. 16) — Kunċett ta' paga — Esklużjoni ta' sieħeb ta' unjoni rreġistrata mill-benefiċċju ta' pensjoni tas-superstiti
Dispożittiv
1)
Benefiċċju tas-superstiti mogħti fil-kuntest ta' skema ta' sigurtà soċjali professjonali bħal dik amministrata mill-Versorgungsanstalt der deutschen Bühnen jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2000/78/KE, tas-27 ta' Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol.
2)
Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 2000/78 moqrija flimkien jipprekludu leġiżlazzjoni bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali li permezz tagħha, wara l-mewt tas-sieħeb tul il-ħajja tiegħu, is-sieħeb superstiti ma jirċeviex benefiċċju tas-superstiti bħal dak mogħti lil konjuġi superstiti, minkejja li, skond il-liġi nazzjonali, l-unjoni tul il-ħajja tpoġġi lill-persuni ta' l-istess sess f'sitwazzjoni paragunabbli ma' dik tal-miżżewġin f'dak li jirrigwarda dan il-benefiċċju tas-superstiti. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk sieħeb tul il-ħajja superstiti huwiex f'sitwazzjoni paragunabbli ma' dik ta' konjuġi superstiti benefiċjarju tal-benefiċċju tas-superstiti previst mill-iskema ta' sigurtà soċjali professjonali amministrata mill-Versorgungsanstalt der deutschen Bühnen.
(1) ĠU C 224, 16.9.2006.
Full & Egal Universal Law Academy