23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato vs Ente tabacchi italiani — ETI SpA, Philip Morris Products SA, Philip Morris Holland BV, Philip Morris GmbH, Philip Morris Products Inc. u Philip Morris International Management SA, u Philip Morris Products SA, Philip Morris Holland BV, Philip Morris GmbH, Philip Morris Products Inc. u Philip Morris International Management SA vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, Ente tabacchi italiani — ETI SpA, u Philip Morris Products SA, Philip Morris Holland BV, Philip Morris GmbH, Philip Morris Products Inc. u Philip Morris International Management SA vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, Amministrazione autonoma dei monopoli di Stato, Ente tabacchi italiani — ETI SpA
(Kawża C-280/06) (1)
(Kompetizzjoni - Impożizzjoni ta' sanzjonijiet fil-każ ta' suċċessjoni ta' impriżi - Prinċipju ta' responsabbiltà personali - Entitajiet suġġetti għall-istess awtorità pubblika - Dritt nazzjonali li jikkwalifika bħala sors ta' interpretazzjoni d-dritt Komunitraju tal-Kompetizzjoni - Domandi preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
(2008/C 51/27)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato
Konvenuti: Ente tabacchi italiani — ETI SpA, Philip Morris Products SA, Philip Morris Holland BV, Philip Morris GmbH, Philip Morris Products Inc., Philip Morris International Management SA
Rikorrenti: Philip Morris Products SA, Philip Morris Holland BV, Philip Morris GmbH, Philip Morris Products Inc. u Philip Morris International Management SA
Konvenuti: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, Ente tabacchi italiani — ETI SpA
Rikorrenti: Philip Morris Products SA, Philip Morris Holland BV, Philip Morris GmbH, Philip Morris Products Inc. u Philip Morris International Management SA
Konvenuti: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, Amministrazione autonoma dei monopoli di Stato, Ente tabacchi italiani — ETI SpA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 81 KE — Akkordju fuq il-prezz ta' bejgħ tas-sigaretti bi ksur tal-liġi antitrust nazzjonali — Imputazzjoni lill-persuna ġuridika, li hija s-suċċessur ekonomiku ta' impriża, tar-responsabbiltà għall-ksur imwettaq mill-impriża qabel ma t-tmexxija tagħha għaddiet lis-suċċessur.
Dispożittiv
L-Artikoli 81 KE et seq għandhom jiġu interpretati fis-sens illi, fil-każ ta' entitajiet suġġetti għall-istess awtorità pubblika, meta komportament li jikkostitwixxi l-istess ksur għar-regoli tal-kompetizzjoni kien implementat minn entità u wara komplut sat-tmien tiegħu minn entità oħra li ssuċċediet lill-ewwel waħda, li ma waqfitx teżisti, din it-tieni entità tista' tiġi ssanzjonata għall-ksur fl-intier tiegħu jekk huwa stabbilit li dawn iż-żewġ entitajiet kienu suġġetti għall-imsemmija awtorità.
(1) ĠU C 224, 16.9.2006.
Full & Egal Universal Law Academy