6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-286/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 89/48/KEE - Ħaddiema - Rikonoxximent ta' diplomi - Inġinier)
(2008/C 313/03)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u R. Vidal Puig, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin (ĠU L 19, p. 16) — Nuqqas ta' rikonoxximent fi Spanja ta' kwalifiki professjonali ta' inġinier miksuba fl-Italja
Dispożittiv
1)
Ir-Renju ta' Spanja,
—
billi rrifjuta li jirrikonoxxi l-kwalifiki professjonali ta' inġinier miksuba fl-Italja wara taħriġ universitarju li sar biss fi Spanja, u
—
billi ssuġġetta l-ammissjoni għall-eżamijiet interni ta' promozzjoni fis-servizz pubbliku ta' inġiniera bi kwalifiki professjonali miksuba fi Stat Membru ieħor, għar-rikonoxximent akkademiku ta' dawn il-kwalifiki,
naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin, kif emendata bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta' Mejju 2001, u b'mod partikolari, l-Artikolu 3 tagħha.
2)
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 212, 2.9.2006.
Full & Egal Universal Law Academy