8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-24 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal — Ir-Renju Unit) — The Queen, Ezgi Payir, Burhan Akyuz, Birol Ozturk vs Secretary of State for the Home Department
(Kawża C-294/06) (1)
(Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Moviment liberu tal-ħaddiema - Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni - L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 6(1) - Ħaddiem Tork legalment irreġistrat fis-suq tax-xogħol - Permess ta' dħul bħala student jew au pair - Effett fuq id-dritt tar-residenza)
(2008/C 64/13)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Queen, Ezgi Payir, Burhan Akyuz, Birol Ozturk
Konvenut: Secretary of State for the Home Department
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Kunċett ta' ħaddiem legalment irreġistrat fis-suq tax-xogħol ta' Stat Membru — Ċittadin Tork impjegat bħala au pair li ngħata permess ta' residenza għal perijodu ta' sentejn sabiex ikun jista' jwettaq din l-attività — Ċittadin Tork li għandu permess ta' residenza sabiex isegwi taħriġ professjoni u permess ta' xogħol li jawtorizzah jaħdem għal mhux aktar minn 20 siegħa fil-ġimgħa matul il-perijodu skolastiku
Dispożittiv
Sitwazzjoni fejn ċittadin Tork ġie awtorizzat jidħol fi Stat Membru bħala persuna au pair jew student ma tistax iċċaħħdu mill-kwalità ta' “ħaddiem” u twaqqfu milli jirreġistra fis-“suq legali tax-xogħol” ta' dan l-Istat Membru fis-sens ta' l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, tad-19 ta' Settembru 1980, dwar l-Iżvilupp ta' l-Assoċjazzjoni. Konsegwentement, din is-sitwazzjoni ma tistax twaqqfu milli jibbaża ruħu fuq din id-dispożizzjoni sabiex jikseb it-tiġdid tal-permess tax-xogħol tiegħu u milli jibbenefika mill-permess ta' residenza korrelat miegħu.
(1) ĠU C 237, 30.9.2006.
Full & Egal Universal Law Academy