8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-305/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Trasport magħqud għall-merkanzija bejn l-Istati Membri - Direttiva 92/106/KEE - Trasport bit-triq aħħari li jagħmel parti integrali mit-trasport magħqud - L-eqreb stazzjon addattata tal-ferrovija)
(2008/C 285/06)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti G. Zavvos u K. Simonsson, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: S. Chala, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992, dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti mezzi tat-trasport magħqud għall-merkanzija bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, p. 38) — Trasport bit-triq aħħari li jagħmel parti integrali mit-trasport magħqud — Rekwiżit ta' permess fit-torq Griegi
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 224, 16.9.2006.
Full & Egal Universal Law Academy