19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) — Ir-Renju Unit) — The Queen, The International Association of Independent Tanker Owners (Intertanko), The International Association of Dry Cargo Shipowners (Intercargo), The Greek Shipping Co-operation Committee, Lloyd's Register, The International Salvage Union vs Secretary of State for Transport
(Kawża C-308/06) (1)
(Trasport marittimu - Tniġġis ikkawżat minn vapuri - Direttiva 2005/35/KE - Validità - Konvenzjoni ta' Montego Bay - Konvenzjoni Marpol 73/78 - Effetti legali - Invokabbiltà - Negliġenza serja - Prinċipju ta' ċertezza legali)
(2008/C 183/03)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Queen, The International Association of Independent Tanker Owners (Intertanko), The International Association of Dry Cargo Shipowners (Intercargo), The Greek Shipping Co-operation Committee, Lloyd's Register, The International Salvage Union
Konvenuta: Secretary of State for Transport
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) — Validità ta' l-Artikoli 4 u 5(1) u (2) tad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 rigward it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur (ĠU L 255, p. 11) — Dispożizzjonijiet Komunitarji li għandhom bħala effett il-limitazzjoni ta' ċerti eċċezzjonijiet li jinsabu f'konvenzjoni internazzjonali (Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri, imsejħa “Konvenzjoni MARPOL”) — Dispożizzjonijiet li jimponu sanzjonijiet kriminali f'sitwazzjonijiet fejn konvenzjoni internazzjonali (Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar [UNCLOS]) ma timponihomx
Dispożittiv
1)
Il-validità tad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur, la tista' tiġi evalwata:
—
fid-dawl tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri, iffirmata f'Londra fit-2 ta' Novembru 1973, kif ikkompletata bil-Protokoll tas-17 ta' Frar 1978,
—
u lanqas fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, iffirmata f'Montego Bay fl-10 ta' Diċembru 1982.
2)
Mill-eżami tar-raba' domanda ma rriżulta ebda element li jista' jaffettwa l-validità ta' l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/35 fid-dawl tal-prinċipju ġenerali ta' ċertezza legali.
(1) ĠU C 261, 28.10.2006.
Full & Egal Universal Law Academy