8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda
(Kawża C-316/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 91/271/KEE - Tniġġis u inkonvenjenzi - Trattament ta' l-ilma urban mormi)
(2008/C 285/07)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u D. Lawunmi, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentant: D. O'Hagan, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta' Mejju 1991, dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi (ĠU L 135 p. 40) — Nuqqas li jiġi assigurat li l-ilmijiet urbani mormija ta' diversi agglomerazzjonijiet jiġu suġġetti għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti qabel ma jidħlu fis-sistemi ta' ġbir (agglomerazzjonijiet ta' Bray, Howth, Letterkenny, Shanganagh, Sligo u Tramore County)
Dispożittiv
1)
Billi ma assiguratx li, minn naħa, l-ilmijiet urbani mormija tal-agglomerazzjonijiet imsejħin IE22, Bray IE31, Howth, IE34, Letterkenny, IE40, Shanganagh, IE41, Sligo, u IE45, Tramore County Waterford, li jidħlu fis-sistemi ta' ġbir, qabel ma jintremew, jiġu suġġetti għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti, sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2000, u, min-naħa l-oħra, ir-rimi ta' l-imsemmija ilmijiet jissodisfaw, mhux iktar tard mit-terminu msemmi iktar 'il fuq, ir-rekwiżiti tal-Anness I, punt B, tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta' Mejju 1991, dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi, l-Irlanda naqset mill-obbligi imposti fuqha skont l-Artikolu 4(1) u (3) tal-imsemmija direttiva.
2)
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 224, 16.9.2006.
Full & Egal Universal Law Academy