26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil — Spanja) — Alfredo Nieto Nuño vs Leonci Monlleó Franquet
(Kawża C-328/06) (1)
(Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 4(2)(d) - Trade marks “magħrufa sew’ fi Stat Membru fis-sens ta' l-Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta' Pariġi - Konoxxenza tat-trade mark - Estensjoni ġeografika)
(2008/C 22/17)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Alfredo Nieto Nuño
Konvenut: Leonci Monlleó Franquet
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Mercantil — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1) — Kunċett ta' “magħrufa sew” — Possibbiltà ta' konoxxenza u ta' użu ristretti għal territorju limitat bħal komunità autonoma, reġjun, “żona” jew belt skond il-prodott jew is-servizz ikkonċernat u skond il-pubbliku destinatarju tat-trade mark
Dispożittiv
L-Artikolu 4(2)(d) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trade mark preċedenti għandha tkun magħrufa sew fit-territorju kollu ta' l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni jew f'parti sostanzjali minnu.
(1) ĠU C 237, 30.9.2006.
Full & Egal Universal Law Academy