23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Oberlandesgericht Dusseldorf, il-Ġermanja) — Bayerischer Rundfunk, Deutschlandradio, Hessischer Rundfunk, Mitteldeutscher Rundfunk, Norddeutscher Rundfunk, Radio Bremen, Rundfunk Berlin-Brandenburg, Saarländischer Rundfunk, Südwestrundfunk, Westdeutscher Rundfunk, Zweites Deutsches Fernsehen vs GEWA — Gesellschaft für Gebäudereinigung und Wartung mbH
(Kawża C-337/06) (1)
(Direttivi 92/50/KEE u 2004/18/KE - Kuntratti pubbliċi ta' servizzi - Xandara pubbliċi - Awtoritajiet kontraeni - Korpi rregolati mid-dritt pubbliku - Kundizzjoni li timponi li l-attività tal-korp tiġi “ffinanzjata fil-parti l-kbira mill-Istat’)
(2008/C 51/30)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Dusseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bayerischer Rundfunk, Deutschlandradio, Hessischer Rundfunk, Mitteldeutscher Rundfunk, Norddeutscher Rundfunk, Radio Bremen, Rundfunk Berlin-Brandenburg, Saarländischer Rundfunk, Südwestrundfunk, Westdeutscher Rundfunk, Zweites Deutsches Fernsehen
Konvenuta: GEWA — Gesellschaft für Gebäudereinigung und Wartung mbH
Fil-presenza ta': Heinz W. Warnecke
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 9(1)(c) u ta' l-Artikolu 16(b) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18/KE tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizi pubbliċi (ĠU L 134, p. 114) — Assenjazzjoni tas-servizzi ta' tindif minn assoċjazzjoni ta' xandara ffinanzjati indirettament mill-Istat mingħajr proċedura formali Ewropea ta' għoti ta' kuntratt — Kunċett ta' “awtoritajiet kontraenti”
Dispożittiv
1)
L-ewwel suppożizzjoni tat-tielet subinċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku, għandha tiġi interpretata fis-sens li hemm finanzjament fil-parti l-kbira mill-Istat meta l-attivitajiet ta' xandara pubbliċi bħal dawk fil-kawża prinċpali huma ffinanzjati, fil-parti l-kbira, minn ħlas tal-liċenzji fuq min iżomm riċevitur, li huwa impost, ikkalkulat u miġbur skond regoli bħal dawk fil-kawża prinċipali.
2)
L-ewwel suppożizzjoni tat-tielet subinċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 1(b) għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-każ ta' finanzjament ta' l-attivitajiet ta' xandara pubbliċi bħal dawk fil-kawża prinċipali, li jsegwu l-proċeduri esposti fil-kuntest ta' l-eżami ta' l-ewwel domanda preliminari, il-kundizzjoni dwar il-“finanzjament mill-Istat” ma teħtieġx l-interferenza diretta ta' l-Istat jew ta' awtoritajiet pubbliċi oħra matul l-għoti, minn dawn il-korpi, ta' kuntratt bħal dak fil-kawża prinċipali.
3)
L-Artikolu 1(a)(iv) tad-Direttiva 92/50 għandu jiġi interpretat fis-sens li, skond din id-dispożizzjoni, huma biss il-kuntratti pubbliċi li jirrigwardaw is-servizzi ċċitati fihom li huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-direttiva.
(1) ĠU C 281, 18.11.2006.
Full & Egal Universal Law Academy