21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-ewwel Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-338/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - It-tieni direttiva 77/91/KEE - Artikoli 29 u 42 - Kumpanniji ta' responsabbiltà limitata - Żieda fil-kapital - Jedd ta' prelazzjoni għas-sottoskrizzjoni ta' ishma u ta' bonds li jistgħu jinbidlu f'ishma - Esklużjoni - Protezzjoni tal-azzjonisti - Trattament ugwali)
(2009/C 44/05)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u R. Vidal Puig, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: E. Ośniecka-Tamecka, aġent), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: M. J. Heliskoski, aġent), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentant: V. Jackson, aġent, assistit minn J. Stratford, barrister)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 29 u 42 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, tat-13 ta' Diċembru 1976, dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi ta' responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 26, p. 1) — Nuqqas ta' protezzjoni tal-azzjonisti ta' minoranza
Dispożittiv
1)
Ir-Renju ta' Spanja:
—
billi ta jedd ta' prelazzjoni għas-sottoskrizzjoni ta' ishma, fil-każ ta' żieda fil-kapital azzjonarju permezz ta' investimenti bi flus kontanti, mhux biss lill-azzjonisti iżda wkoll lid-detenturi ta' bonds li jistgħu jinbidlu f'ishma;
—
billi ta jedd ta' prelazzjoni għas-sottoskrizzjoni ta' bonds li jistgħu jinbidlu f'ishma mhux biss lill-azzjonisti, iżda wkoll lid-detenturi ta' bonds li jistgħu jinbidlu f'ishma maħruġa qabel, u
—
billi ma pprovdiex li l-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tista' tiddeċiedi dwar l-esklużjoni tal-jedd ta' prelazzjoni għas-sottoskrizzjoni tal-bonds li jistgħu jinbidlu f'ishma,
naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 29 tat-tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, tat-13 ta' Diċembru 1976, dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu [48] tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat ibati tliet kwarti tal-ispejjeż. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati kwart tal-ispejjeż.
4)
Ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 261, 28.10.2006.
Full & Egal Universal Law Academy