15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) ta' l-1 ta' Lulju 2008 — Chronopost SA (C-341/06 P), La Poste (C-342/06 P) vs Union française de l'express (UFEX), DHL Express (France) SAS, Federal express international (France) SNC, CRIE SA, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża magħquda C-341/06 P u C-342/06 P) (1)
(Appell - Regolarità tal-proċedura segwita quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza - Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istsanza - Annullament - Rinviju - Tieni sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti - Għajnuna mill-Istat - Settur postali - Impriża pubblika inkarigata minn servizz ta' interess ekonomiku ġenerali - Assistenza loġistika u kummerċjali lil kumpannija sussidjarja - Kumpannija sussidjarja li ma toperax f'settur irriżervat - Trasferiment ta' l-attività ta' kunsinna espressa lil din il-kumpannija sussidjarja - Kunċett ta' “għajnuna mill-Istat’ - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Assistenza u trasfermiment li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat - Motivazzjoni)
(2008/C 209/09)
Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Chronopost SA [rappreżentant: D. Berlin, avocat) (C-341/06 P), La Poste (rappreżentant: H. Lehman, avocat) (C-342/06 P)]
Il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma: Union française de l'express (UFEX), DHL Express (France) SAS, Federal express international (France) SNC, CRIE SA (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u J. Derenne, avocats), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. Giolito, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentant: G. de Bergues u F. Million, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla Estiża) tas-7 ta' Ġunju 2006, Ufex et vs Il-Kummissjoni (T-613/97), li permezz tagħha annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/365/KE, ta' l-1 ta' Ottubru 1997, li tikkonċerna l-għajnuna li Franza allegatament tat lil SFMI-Chronopost, inkwantu tikkonstata li la l-assistenza loġistika u kummerċjali pprovduta minn La Poste lill-kumpannija sussidjarja tagħha, jiġifieri lil SFMI-Chronopost, u lanqas it-trasferiment ta' Postadex ma jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat favur SFMI-Chronopost — Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq minħabba nuqqas ta' imparzjalità tal-Qorti tal-Prim'Istanza (kulleġġ ġudikanti parzjalment identiku għal dak li kien adotta sentenza preċedenti, li ġiet annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja) — Abbuż ta' poter u ksur ta' l-Artikoli 230 KE u 253 KE — Ksur tal-kunċett ta' għajnuna mill-Istat u, għalhekk, ta' l-Artikolu 87 KE.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-7 ta' Ġunju 2006, UFEX et vs Il-Kummissjoni (T-613/97), hija annullata, minn naħa, sa fejn tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/365/KE ta' l-1 ta' Ottubru 1997, dwar l-għajnuna li Franza kienet tat lil SFMI-Chronopost, inkwantu tikkonstata li la l-assistenza loġistika u kummerċjali pprovduta minn La Poste lill-kumpannija sussidjarja tagħha, jiġifieri lil SFMI-Chronopost, u lanqas it-trasferiment ta' Postadex ma jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat favur SFMI-Chronopost, u min-naħa l-oħra, in kwantu b'konsegwenza tiffissa l-ispejjeż.
2)
Ir-rikors ippreżentat taħt in-Nru T-613/97 quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej huwa miċħud.
3)
Kull parti, inkluża r-Repubblika Franċiża, għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 249, 14.10.2006.
Full & Egal Universal Law Academy