24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Celle, il-Ġermanja) — Rechtsanwalt Dr. Dirk Rüffert als Insolvenzverwalter über das Vermögen der Objekt und Bauregie GmbH & Co. KG vs Land Niedersachsen
(Kawża C-346/06) (1)
(Artikolu 49 KE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet - Direttiva 96/71/KE - Kollokament ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi - Proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' appalt - Protezzjoni soċjali tal-ħaddiema)
(2008/C 128/13)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Celle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Rechtsanwalt Dr. Dirk Rüffert als Insolvenzverwalter über das Vermögen der Objekt und Bauregie GmbH & Co. KG
Konvenut: Land Niedersachsen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Celle — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 49 tat-Trattat KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikjedi lill-impriżi li jipparteċipaw fi proċeduri għall-għoti ta' kuntratt pubbliku ta' appalt li jintrabtu li josservaw, u li jaraw li s-subappaltaturi tagħhom josservaw, id-dispożizzjonijiet dwar il-paga minima li jinsabu fil-ftehim kollettiv applikabbli fil-post fejn jiġu pprovduti s-servizzi
Dispożittiv
Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Diċembru 1996, dwar l-impjieg [il-kollokament] ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi, interpretata fid-dawl ta' l-Artikolu 49 KE, f'sitwazzjoni bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprekludi liġi, adottata minn awtorità ta' Stat Membru, li tobbliga lill-awtorità kontraenti tagħżel, bħala appaltaturi ta' kuntratti pubbliċi ta' appalt, dawk l-impriżi biss li meta jagħmlu l-offerti tagħhom jintrabtu bil-miktub li, bħala korrispettiv għall-prestazzjoni tas-servizzi kkonċernati, iħallsu lill-ħaddiema tagħhom ta' l-inqas il-paga stabbilita fil-ftehim kollettiv applikabbli fil-post fejn jiġu pprovduti l-imsemmija servizzi.
(1) ĠU C 294, 2.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy