30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — L-Italja) — ASM Brescia SpA vs Comune di Rodengo Saiano
(Kawża C-347/06) (1)
(Artikoli 43 KE, 49 KE u 86 KE - Konċessjoni ta' servizz pubbliku ta' distribuzzjoni tal-gass - Direttiva 2003/55 - Waqfien antiċipat fit-tmiem ta' perijodu ta' tranżizzjoni - Prinċipji ta' protezzjoni ta' l-aspettativi leġittimi u taċ-ċertezza legali)
(2008/C 223/09)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ASM Brescia SpA
Konvenut: Comune di Rodengo Saiano
Fil-presenza ta': Associazione Nazionale Industriale del Gas
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 43, 49 u 86(1) KE u ta' l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU L 176, p. 57) — Estensioni awtomatika tal-konċessjonijiet relatati mal-ġestjoni tas-servizz pubbliku ta' distribuzzjoni tal-gass
Dispożittiv
1)
Id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE, ma tipprekludix li leġiżlazzjoni ta' Stat Membru, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprovdi l-estensjoni, bil-kundizzjonijiet li hija tistabbilixxi, tat-tul tal-perijodu tranżitorju li fit-tmiem tiegħu għandu jseħħ il-waqfien antiċipat ta' konċessjoni ta' distribuzzjoni tal-gass naturali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali. F'dawn il-kundizzjonijiet, hemm ukoll lok li jiġi kkunsidrat li l-Artikolu 10 KE u l-prinċipju ta' proporzjonalità ukoll ma jipprekludux tali leġiżlazzjoni.
2)
L-Artikoli 43 KE, 49 KE u 86(1) KE ma jipprekludux li l-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprovdi l-estensjoni, għall-kundizzjonijiet li hija tiffissa, tat-tul tal-perijodu tranżitorju li fit-tmiem tiegħu għandu jseħħ il-waqfien antiċipat ta' konċessjoni ta' distribuzzjoni tal-gass naturali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn tali estensjoni tista' tiġi kkunsidrata bħala neċessarja sabiex tippermetti lill-kontraenti li jħollu r-relazzjonijiet kuntrattwali tagħhom f'kundizzjonijiet aċċettabbli kemm mill-aspett tar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku kif ukoll mill-aspett ekonomiku.
(1) ĠU C 281, 18.11.2006.
Full & Egal Universal Law Academy