12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Marie-Claude Girardot
(Kawża C-348/06 P) (1)
(Appell - Membru tal-persunal temporanju - Rikors għad-danni - Telf ta' opportunità ta' reklutaġġ - Dannu reali u ċert - Determinazzjoni tal-portata tal-kumpens għad-dannu)
(2008/C 92/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: D. Martin u Clotuche-Duvieusart, aġenti]
Appellata: Marie-Claude Girardot [rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u S. Rodrigues, avukati]
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (l-Ewwel Awla) tas-6 ta' Ġunju 2006, Girardot vs Il-Kummissjoni (T-10/02), li biha din iffissat l-ammont tal-kumpens finanzjarju dovut mill-Kummissjoni lil Marie-Claude Girardot skond is-sentenza interlokutorja tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-31 ta' Marzu 2004, għal EUR 92,785, flimkien ma' l-interessi li jibdew jiddekorru mis-6 ta' Settembru 2004, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għal proġetti prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid, miżjuda b'żewġ punti — Ksur ta' l-Artikolu 236 KE u tal-kundizzjonijiet ta' assunzjoni ta' responsabbilità tal-Kummissjoni — Metodu ta' kalkolu tas-somma dovuta minn istituzzjoni Komunitarja għall-finijiet ta' kumpens ta' telf ta' opportunità ta' reklutaġġ f'din l-istituzzjoni, li jirriżulta minn deċiżjoni illegali ta' din ta' l-aħħar.
Dispożittiv
1)
L-appell prinċipali u l-appell inċidentali huma miċħuda.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż relattivi għall-appell prinċipali.
3)
M. Girardot hija kkundannata għall-ispejjeż relattivi għall-appell inċidentali.
(1) ĠU C 249, 14.10.2006.
Full & Egal Universal Law Academy