6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Flensburg — il-Ġermanja) — Proċeduri mibdija minn Stefan Grunkin, Dorothee Regina Paul
(Kawża C-353/06) (1)
(Dritt ta' ċittadin tal-Unjoni li jmur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorju tal-Istati Membri - Dritt internazzjonali privat fir-rigward tal-kunjomijiet - Rabta biss man-nazzjonalità għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli - Wild minuri li twieled u li jirrisjedi fi Stat Membru u li għandu n-nazzjonalità ta' Stat Membru ieħor - Nuqqas ta' rikonoxximent fl-Istat Membru li hu ċittadin tiegħu tal-kunjom mogħti fl-Istat Membru fejn twieled u fejn jirrisjedi)
(2008/C 313/04)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Flensburg
Parti fil-proċeduri mibdija minn
Stefan Grunkin, Dorothee Regina Paul,
fil-preżenza ta':
Leonhard Matthias Grunkin-Paul, Standesamt Niebüll,
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Amtsgericht Flensburg (il-Ġermanja) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12 u 18 tat-Trattat KE — Regola nazzjonali ta' kunflitt tal-liġijiet li torbot id-dritt dwar id-determinazzjoni tal-kunjom ta' persuna esklużivament maċ-ċittdinanza — Rifjut tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza li jirrikonoxxi kunjom ta' tifel, kompost mill-kunjomijiet rispettivi tal-ġenituri tiegħu, meta t-tifel kien twieled u jirrisjedi fi Stat Membru ieħor fejn huwa ġie rreġistrat taħt dan il-kunjom doppju
Dispożittiv
L-Artikolu 18 KE jipprekludi, f'ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, li l-awtoritajiet ta' Stat Membru, billi japplikaw id-dritt nazzjonali, jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-kunjom ta' tifel kif ikun intgħażel u jkun ġie rreġistrat fi Stat Membru ieħor li fih it-tifel ikun twieled u fejn ikun ilu jirrisjedi minn mindu twieled u li, bħall-ġenituri tiegħu, ikollu n-nazzjonalità tal-ewwel Stat Membru biss.
(1) ĠU C 281, 18.11.2006.
Full & Egal Universal Law Academy