22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Heinrich Bauer Verlag BeteiligungsGmbH vs Finanzamt für Großunternehmen in Hamburg
(Kawża C-360/06) (1)
(Libertà ta' stabbiliment - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Valutazzjoni tal-ishma mhux ikkwotati f'kumpanniji b'kapital azzjonarju)
(2008/C 301/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finansgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Heinrich Bauer Verlag BeteiligungsGmbH
Konvenuta: Finanzamt für Großunternehmen in Hamburg
Fil-preżenza ta': Heinrich Bauer Verlag KG
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-Artikoli 52 tat-Trattat KE (li, wara l-emendi, sar l-Artikolu 43 KE) u 58 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 48 KE) — Stima tal-ishma mhux ikkwotati ta' kumpannija b'kapital azzjonarju — Differenza fl-evalwazzjoni bejn sehem f'soċjetà nazzjonali u sehem f'soċjetà stabbilita fi Stat Membru ieħor.
Dispożittiv
Fin-nuqqas ta' ġustifikazzjoni valida, l-Artikolu 52 (li sar l-Artikolu 52 tat-Trattat KE, li huwa stess sar, wara emenda, l-Artikolu 43 KE) u l-Artikolu 58 tat-Trattat KEE (li sar l-Artikolu 58 tat-Trattat KE, li huwa stess sar l-Artikolu 48 KE) jipprojbixxu l-applikazzjoni ta' leġiżlazzjoni fiskali ta' Stat Membru safejn, fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-ishma mhux ikkwotati ta' kumpannija b'kapital azzjonarju f'ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, din tagħti valur ogħla lill-holding ta' din il-kumpannija b'kapital azzjonarju f'soċjetà stabbilita fi Stat Membru ieħor milli lill-holding tagħha f'soċjetà stabbilita fl-Istat Membru kkonċernat, sakemm, madankollu, tali holding ikun ta' natura li jagħtiha influwenza determinanti fuq id-deċiżjonijiet tas-soċjetà stabbilita fi Stat Membru ieħor u jippermettilha tiddetermina l-attivitajiet tagħha.
(1) ĠU C 310, 16.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy