5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven — L-Olanda) — Feinchemie Schwebda GmbH, Bayer CropScience AG vs College voor de toelating van bestrijdingsmiddelen
(Kawża C-361/06) (1)
(Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq - Ethofumesate - Direttivi 91/414/KEE u 2002/37/KE - Regolament (KEE) Nru 3600/1992 - Talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali)
(2008/C 171/08)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Feinchemie Schwebda GmbH, Bayer CropScience AG
Konvenuta: College voor de toelating van bestrijdingsmiddelen
Parti oħra fil-kawża: Agrichem BV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — College van Beroep voor het bedrijfsleven — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/37/KE, tat-3 ta' Mejju 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tinkludi l-ethofumesate bħala sustanza attiva (ĠU L 117, p. 10) — Obbligu ta' l-Istati Membri li jtemmu, qabel l-1 ta' Settembru 2003, l-awtorizzazzjoni ta' prodott li jinkludi l-ethofumesate f'każ li detentur ta' l-awtorizzazzjoni m'għandux inkartament li jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta' Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, p. 1), jew jekk l-aċċess għal dan ta' l-aħħar huwa impossibbli.
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/37KE, tat-3 ta' Mejju 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tinkludi l-ethofumesate bħala sustanza attiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lill-Istati Membri li jtemmu l-awtorizzazzjoni ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jinkludi l-ethofumesate qabel Settembru 2003 minħabba li d-detentur ta' din l-awtorizzazzjoni m'għandux, jew m'għandux aċċess għal inkartament li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.
(1) ĠU C 294, 2.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy