7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-ewwel Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-380/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ħlasijiet tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali - Terminu - Direttiva 2000/35/KE - Ksur tal-Artikolu 3(1), (2) u (4))
(2009/C 32/02)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: B. Schima u S. Pardo Quintillán, aġenti]
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja [rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 3(1), (2) u (4) tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 200, p. 35) — Perijodu ta' 90 jum għall-ħlas ta' ċerti prodotti tal-ikel u ta' prodotti tal-konsum
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 294, 2.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy