9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Marzu 2008 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mir-Raad van State) — Vereniging Nationaal Overlegorgaan Sociale Werkvoorziening (C-383/06), Gemeente Rotterdam (C-384/06) vs Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid u Sociaal Economische Samenwerking West-Brabant (C-385/06) vs Algemene Directie voor de Arbeidsvoorziening
(Kawżi magħquda C-383/06 sa C-385/06) (1)
(Fondi strutturali - Artikolu 23(1) tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 - Tneħħija u rkupru ta' l-għajnuna finanzjarja Komunitarja - Artikolu 249 KE - Protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi u taċ-ċertezza legali)
(2008/C 116/10)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vereniging Nationaal Overlegorgaan Sociale Werkvoorziening (C-383/06) Gemeente Rotterdam (C-384/06), Sociaal Economische Samenwerking West-Brabant (C-385/06)
Konvenuti: Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid, Algemene Directie voor de Arbeidsvoorziening
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Nederlandse Raad van State — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta' Diċembru 1988, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet sabiex jiġi implementat ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88 fir-rigward tal-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet tal-Fondi Strutturali differenti, minn naħa waħda, bejniethom u ma' l-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment u l-istrumenti finanzjarji l-oħrajn li jeżistu, min-naħa l-oħra — Tneħħija u rkupru ta' l-għajnuna finanzjarja Komunitarja — Artikoli 10 u 249 KE — Applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju.
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 23 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 tad-19 ta' Diċembru 1998, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet sabiex jiġi implementat ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88 fir-rigward tal-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet tal-Fondi Strutturali differenti, minn naħa waħda, bejniethom u ma' l-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment u l-istrumenti finanzjarji l-oħrajn li jeżistu, min-naħa l-oħra, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/93 ta' l-20 ta' Lulju 1993, joħloq obbligu għall-Istati Membri, mingħajr mhija neċessarja awtorizzazzjoni prevista mid-dritt nazzjonali, li jirkupraw il-fondi mitlufa minħabba abbuż jew negliġenza.
2)
L-irkupru tal-fondi mitlufa minħabba abbuż jew negliġenza għandu jsir abbażi ta' l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 4253/88, kif emendat mir-Regolament Nru 2082/93, u skond il-modalitajiet tad-dritt nazzjonali, bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni ta' dan id-dritt ma tostakolax l-applikazzjoni u l-effikaċja tad-dritt Komunitarju u ma jkollhiex bħala effett li trendi prattikament impossibli l-irkupru tas-somom irregolarment mogħtija. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tassigura l-applikazzjoni kompleta tad-dritt Komunitarju billi twarrab jew tinterpreta, skond il-bżonn, regola nazzjonali bħal-liġi ġenerali fuq id-dritt amministrattiv (Algemene wet bestuursrecht) li tostakola dan. Il-qorti nazzjonali tista' tapplika l-prinċipji Komunitarji ta' ċertezza legali u ta' protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi meta tkun qed tevalwa l-imġiba kemm tal-benefiċjarji tal-fondi mitlufa kif ukoll ta' l-amministrazzjoni, bil-kundizzjoni li l-interess tal-Komunità Ewropea jkun kompletament ikkunsidrat. Il-kwalità bħala persuna pubblika tal-benefiċjarju tal-fondi hija irrilevanti f'dan ir-rigward.
(1) ĠU C 310, 16.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy