8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-10 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-387/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Settur tat-telekomunikazzjonijiet - Artikolu 8(1), (2)(b) u 3(ċ) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva “Kwadru’) - Artikolu 8(1) u (4) tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva “Aċċess’) - Networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi - Netwerks ta' telefonija fissa u ta' telefonija mobbli - Terminazzjoni tat-telefonija - Traffiku li jidħol - Limitazzjoni tas-setgħat ta' l-awtorità nazzjonali regolatorja tat-telekomunikazzjonijiet)
(2008/C 64/14)
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Huttunen u M. Shotter, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: A. Guimaraes-Purokoski, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 8(1), (2)(b) u (3)(ċ) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/21/KE tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU L 108, p. 33) u skond l-Artikolu 8(1) u (4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/19/KE tas-7 ta' Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta' l-Aċċess) (ĠU L 108, p. 7)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 294, 2.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy