24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) ta' l-10 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Renju ta' l-Olanda
(Kawża C-398/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Dritt ta' residenza ta' ċittadini ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u taż-Żona Ekonomika Ewropea li mhumiex attivi ekonomikament jew li huma pensjonanti - Leġiżlazzjoni u prassi amministrattiva nazzjonali li teżiġi riżorsi personali suffiċjenti għall-perijodu ta' residenza ta', minn ta' l-inqas, sena fl-Istat Membru ospitanti)
(2008/C 128/15)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u R. Troosters, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' l-Olanda (rappreżentanti: H.G. Sevenster u D.J.M. de Grave, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: E. O'Neill, aġent, u J. Stratford, barrister)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-leġiżlazzjoni Komunitarja rigward id-dritt ta' residenza taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea — Leġiżlazzjoni u prassi amministrattiva nazzjonali li teżiġi riżorsi personali suffiċjenti sabiex ikun jista' jinkiseb permess ta' residenza fir-rigward ta' persuni mhux attivi ekonomikament u ta' pensjonanti.
Dispożittiv
1)
Billi żamm fis-seħħ dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu li, sabiex jinkiseb permess ta' residenza, ir-residenti ta' l-Unjoni Ewropea u taż-Żona Ekonomika Ewropea, li mhumiex ekonomikament attivi jew li huma pensjonanti, għandhom jippruvaw li huma jiddisponu minn riżorsi sostenibbli, ir-Renju ta' l-Olanda naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skond id-Direttiva tal-Kunsill 68/360/KEE, tal-15 ta' Ottubru 1968, dwar it-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq il-moviment u r-residenza fi ħdan il-Komunità għal ħaddiema ta' l-Istati Membri u l-familji tagħhom, id-Direttiva tal-Kunsill 90/364/KEE, tat-28 ta' Ġunju 1990, dwar id-dritt ta' residenza, u d-Direttiva tal-Kunsill 90/365/KEE, tat-28 ta' Ġunju 1990, dwar id-dritt ta' residenza għall-impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom li waqqfu l-attività tax-xogħol tagħhom.
2)
Ir-Renju ta' l-Olanda huwa kkundannat għall-ispejjeż.
3)
Ir-Renju tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq għandhom ibatu l-ispejjez rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 294, 2.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy