26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-401/06) (1)
(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Sitt Direttiva tal-VAT - Provvista ta' servizzi - Eżekutur testamentarju - Post tal-provvista ta' servizzi - Artikoli 9(1) u (2)(e)’)
(2008/C 22/18)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: Triantafyllou, aġent]
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja [rappreżentant: M. Lumma, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145 tat-13 ta' Ġunju 1977, p. 1) — Servizzi mogħtija mill-eżekuturi testamentarji lil persuni stabbiliti barra mill-Komunità jew lil individwi stabbiliti fil-Komunità iżda barra mill-pajjiż tal-fornitur tas-servizz — Post tal-provvista tas-servizzi — Definizzjoni ta' l-attività ta' eżekutur testamentarju
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
(1) ĠU C 294 tat-2.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy