7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Quelle AG vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände
(Kawża C-404/06) (1)
(Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 1999/44/KE - Bejgħ ta' oġġetti ta' konsum u garanziji assoċjati magħhom - Dritt tal-bejjiegħ li jitlob mingħand il-konsumatur rimborż għall-użu ta' oġġett mhux konformi fil-każ tat-tibdil tiegħu - Użu mingħajr ħlas ta' l-oġġett mhux konformi)
(2008/C 142/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Quelle AG
Konvenuta: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/44/KE tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, p. 12) — Possibbiltà, mogħtija mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li l-bejjiegħ jitlob kumpens mingħand il-konsumatur għall-użu ta' oġġett mhux konformi mal-kuntratt ta' bejgħ fil-perjodu preċedenti għat-tibdil
Dispożittiv
L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/44/KE tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-bejjiegħ, fis-sitwazzjoni fejn huwa jkun biegħ oġġett ta' konsum mhux konformi, jeżiġi mingħand il-konsumatur rimborż għall-użu li dan il-konsumatur ikun għamel mill-oġġett mhux konformi sakemm dan ġie mibdul ma' oġġett ġdid.
(1) ĠU C 310, 16.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy