7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-411/06) (1)
(Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 1013/2006 - Vjaġġi ta’ skart - Għażla tal-bażi legali - Artikoli 133 KE u 175(1) KE)
2009/C 267/14
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Valero Jordana, M. Huttunen u M. Konstantinidis, aġenti)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Anagnostopoulou u U. Rösslein, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u K. Michoel, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, A. Adam u G. Le Bras, aġenti), Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: E. Riedl, aġent), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson, E. O’Neil u S. Behzadi-Spencer, aġenti, A. Dashwood, barrister)
Suġġett
Annullament tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi [vjaġġi] ta’ skart (ĠU L 190, p. 1) — Għażla tal-bażi ġuridika — Att li jsegwi żewġ għanijiet jew li għandu żewġ komponenti u li jinneċessita numru ta’ bażijiet ġuridiċi (Artikoli 175(1) KE u 133 (KE))
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 294, 2.12.2006
Full & Egal Universal Law Academy