26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-417/06 P) (1)
(Appell - Ammissibbiltà - Fondi strutturali - Finanzjament ta' inizjattivi Komunitarji - Modifika ta' allokazzjonijiet indikattivi - Eżekuzzjoni tar-res judicata)
(2008/C 22/19)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, D. Del Gaizo u G. Albenzio, avvocati dello Stato]
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: E. de March u L. Flynn, aġenti, A. Dal Ferro, avvocato]
Suġġett
Appell kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta' Lulju 2006, L-Italja vs Il-Kummissjoni (T-225/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2003) 3971 finali, tas-26 ta' Novembru 2003, li tistabbilixxi allokazzjoni indikattiva bejn l-Istati Membri ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn fil-kuntest ta' l-inizjattivi Komunitarji għall-perijodu 1994-1999, kif ukoll ta' l-atti konnessi u preċedenti.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
(1) ĠU C 310 tas-16.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy