7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-24 ta' April 2008 — Ir-Renju tal-Belgju vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-418/06 P) (1)
(Appell - FAEGG - Settur ta' l-uċuħ tar-raba' li jinħarat - Approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEGG - Sistema li taħdem u affidabbli ta' kontroll - Nefqa eskluża mill-finanzjament Komunitarju - Korrezzjoni b'rata fissa - Applikazzjoni retroattiva tal-leġiżlazzjoni fuq il-kontrolli - Obbligi impliċiti - Prinċipju ta' proporzjonalità - Ċertezza legali - Ġurisdizzjoni sħiħa)
(2008/C 142/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Ir-Renju tal-Belgju [rappreżentanti: A. Hubert u L. Van den Broeck, H. Gilliams, P. De Bandt u L. Goossens, avocats]
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: M. Nolin u L. Visaggio, aġenti]
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tal-25 ta' Lulju 2006, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (T-221/04) li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors intiż biex jinkiseb l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/136/KE, ta' l-4 ta' Frar 2004, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju xi nefqa effettwata mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzia” (ĠU L 40, p. 31), safejn tipprovdi korrezzjoni b'rata fissa ta' 2 % tan-nefqa ddikjarata mill-Belġju fir-rigward ta' uċuħ tar-raba' li jinħarat
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ir-Renju tal-Belġju u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 294, 2.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy