29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l-14 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-419/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mogħtija mill-Istat - Obbligu ta' rkupru)
(2008/C 79/07)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: E. Righini, M. Konstaninidis, D. Triantafyllou u I. Chatzigiannis, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika [rappreżentanti: A. Samoni-Rantou, P. Mylonopoulos, aġenti, V. Christianos u P. Anestis, dikigoroi]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005)2706, ta' l-14 ta' Settembru 2005, dwar l-irkupru ta' l-għajnuna mogħtija lill-kumpannija ta' l-ajru Olympic Airlines.
Dispożittiv
1)
Billi ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji, fit-terminu previst, sabiex twaqqaf l-għajnuna iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Settembru 2005 dwar l-għajnuna mogħtija mill-Greċja favur Olympic Airways u Olympic Airlines u sabiex tirkupra l-imsemmija għajnuna mill-benefiċjarji, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 2 sa 4 ta' din id-deċiżjoni.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 310, 16.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy