26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — C
(Kawża C-435/06) (1)
(Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materja ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Kamp ta' applikazzjoni ratione materiae u temporali - Kunċett ta' “materji ċivili’ - Deċiżjoni dwar il-kura u t-tqegħid ta' tfal barra mill-familja originali - Miżuri ta' protezzjoni tat-tfulija li jirriżultaw mid-dritt pubbliku)
(2008/C 22/20)
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Parti fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: C
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 1(1)(b) u (2)(d) u ta' l-Artikolu 64 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta' Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, p.1) — Kamp ta' applikazzjoni ratione materiae — Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' deċiżjoni amministrattiva, ikkonfermata b'deċiżjoni, dwar it-tqegħid ta' tfal barra mill-familja originali — Regoli tad-dritt pubbliku dwar il-protezzjoni tat-tfal
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta' Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2116/2004, tat-2 ta' Diċembru 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa' taħt il-kunċett ta' “materji ċivili”, fis-sens ta' din id-dispożizzjoni, deċiżjoni unika li tordna t-teħid immedjat taħt kura u t-tqegħid ta' minuri barra mill-familja oriġinali tiegħu għal ma' familja tar-rispett, meta dik id-deċiżjoni tkun adottata fil-kuntest tar-regoli tad-dritt pubbliku dwar il-protezzjoni tat-tfulija.
2)
Ir-Regolament Nru 2201/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 2116/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali armonizzata dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet amministrattivi ta' kura u ta' tqegħid ta' persuni barra mill-familja oriġinali, adottata fil-kuntest tal-kooperazzjoni Nordika, ma tistax tiġi applikata għal deċiżjoni ta' kura ta' minuri li taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-regolament.
3)
Bla ħsara għall-evalwazzjoni tal-fatti li għalihom il-qorti tar-rinviju biss hija kompetenti, ir-Regolament Nru 2201/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 2116/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli ratione temporis fi kwistjoni bħal dik fil-kawża prinċipali.
(1) ĠU C 236, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy