23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/23
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — Il-Ġermanja) — Per Grønfeldt, Tatiana Grønfeldt vs Finanzamt Hamburg-Am Tierpark
(Kawża C-436/06) (1)
(Moviment liberu tal-kapital - Tassazzjoni - Taxxa fuq id-dħul - Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-tassazzjoni tal-profitti magħmula matul it-trasferiment tal-holdings (ishma) tal-kumpanniji kapitali)
(2008/C 51/36)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Per Grønfeldt, Tatiana Grønfeldt
Konvenuta: Finanzamt Hamburg-Am Tierpark
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 52 KE — Tassazzjoni tal-profitti magħmula matul it-trasferiment tal-holdings lil kumpanniji kapitali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-tassazzjoni għall-kundizzjoni ta' holding ta' mill-inqas 10 % jekk il-kumpannija kkonċernata hija kompletament suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji fl-Istat Membru iżda għall-kundizzjoni ta' holding ta' mill-inqas 1 % jekk il-kumpannija kkonċernata hija stabbilita fi Stat Membru ieħor.
Dispożittiv
L-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil leġiżlazzjoni ta' Stat Membru, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha l-profitt magħmul mit-trasferiment ta' ishma f'kumpannija kapitali stabbilita fi Stat Membru ieħor huwa immedjatament taxxabbli fl-2001, peress li, matul il-ħames snin preċedenti, min ittrasferixxa kellu, direttament jew indirettament, holding ta' mill-inqas 1 % tal-kapital ta' kumpannija, filwaqt li l-profitt magħmul mit-trasferiment, fl-istess kundizzjonijiet, ta' ishma ta' kumpannija kapitali, stabbilita f'dan l-ewwel Stat Membru, totalment suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji fl-2001 ma kienx taxxabbli ħlief f'każ ta' holding sinjifikattiv ta' għall-inqas 10 %.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy