24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-444/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 89/665/KEE - Għoti ta' kuntratti ta' provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi - Proċedura ta' reviżjoni għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi)
(2008/C 128/18)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis, aġent, C. Fernandez Vicién u I. Moreno-Tapia Rivas, abogados)
Konvenuta: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 2(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 89/665/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' reviżjoni għall-għoti ta' kuntratti ta' provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 395, p. 33) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li mhijiex konformi mad-direttiva
Dispożittiv
1)
Billi ma pprovdiex terminu ta' żmien obbligatorju għan-notifika, mill-awtorità aġġudikatriċi, tad-deċiżjoni ta' għoti ta' kuntratt lill-offerenti kollha u billi ma pprovdiex terminu ta' stennija obbligatorju bejn l-għoti ta' kuntratt u l-konklużjoni tal-kuntratt, ir-Renju ta' Spanja naqas mill-obbligi imposti fuqu skond l-Artikolu 2(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 89/665/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' reviżjoni għall-għoti ta' kuntratti ta' provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill Nru 92/50/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għal żewġ terzi ta' l-ispejjeż kollha. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għat-terz l-ieħor ta' l-ispejjeż.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy