26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het bedrijfsleven — L-Olanda) — A. G. Winkel vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
(Kawża C-446/06) (1)
(Laħam taċ-ċanga u l-vitella - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Regolament (KE) Nru 1254/1999 - Artikolu 3(f) - Għoti ta' premju tal-baqar li jreddgħu - Kundizzjonijiet li jikkorrispondu għal prassi normali ta' trobbija)
(2008/C 107/07)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A. G. Winkel
Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — College van Beroep voor het bedrijfsleven — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 3(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999, tas-17 ta' Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 160, p. 21) — Kompatibbiltà ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta' premju tal-baqar li jreddgħu għal kundizzjonijiet li jikkorrispondu għal prassi ta' trobbija kurrenti
Dispożittiv
L-Artikolu 3(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999, tas-17 ta' Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1512/2001, tat-23 ta' Lulju 2001, ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali milli tissuġġetta d-dritt għall-premju tal-baqar li jreddgħu għal kundizzjoniijiet konformi ma' prassi normali ta' trobbija li jipprovdu, minn naħa, ċerta frekwenza tat-twelid u, min-naħa l-oħra, li l-għoġol ikun tredda' minn ommu matul perijodu ta' erba' xhur wara t-twelid tiegħu.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy