30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Köln — il-Ġermanja) — cp-Pharma Handels GmbH vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-448/06) (1)
(Talba għal deċiżjoni preliminari - Validità tar-Regolament (KE) Nru 1873/2003 - Prodotti mediċinali veterinarji - Regolament (KEE) Nru 2377/90 - Limiti massimi ta' residwi ta' prodotti mediċinali fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali - Proġesteron - Restrizzjoni ta' l-użu - Direttiva Nru 96/22/KE)
(2008/C 223/11)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Köln, il-Ġermanja
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: cp-Pharma Handels GmbH
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Köln — Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1873/2003 ta' l-24 ta' Ottubru 2003 li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jippreskrivi l- proċedura Komunitarja għat-twaqqif tal-limiti massimi ta' residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 275, p. 9) safejn, billi jillimita l-kundizzjonijiet għall-użu tal-proġesteron, bħala sustanza attiva tal-prodotti mediċinali veterinarji, biss għall-amministrazzjoni mir-rotta intravaġinali, jeskludi l-possibbiltà ta' l-amministrazzjoni ta' din is-sustanza fil-forma ta' titqiba fil-muskoli — Eżistenza jew le tal-kompetenza tal-Kummissjoni għal din il-limitazzjoni fid-dawl ta' l-Artikolu 1(a) u l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tad-29 ta' Ġunju 1990, li jistabilixxi kull proċedura tal-Komunità għal iffissar ta' limiti massimi ta' residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta' l-ikel ta' oriġini mill-annimali (ĠU L 224, p. 1) flimkien ma' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta' April 1996, li tikkonċerna l-projbizzjoni ta' l-użu fl-istockfarming ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta' beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, p. 3)
Dispożittiv
L-eżami tad-domanda magħmula ma wera ebda element li jista' jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1873/2003, ta' l-24 ta' Ottubru 2003, li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90, li jippreskrivi l-proċedura Komunitarja għat-twaqqif tal-limiti massimi ta' residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy