15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mir-Regeringsrätten — l-Iżvezja) — Skatteverket vs Gourmet Classic Ltd
(Kawża C-458/06) (1)
(Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 92/83/KEE - Armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku - L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 20 - Alkoħol li jinsab fil-kompożizzjoni ta' l-inbid tat-tisjir - Eżenzjoni mis-sisa armonizzata)
(2008/C 209/11)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Qorti tar-rinviju
Regeringsrätten
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Skatteverket
Konvenuta: Gourmet Classic Ltd
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Regeringsrätten — Interpretazzjoni ta' l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta' Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tat-taxxi [dazji] tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, p. 21) — Eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa — Prodott b'bażi ta' inbid, bi grad alkoħoliku ta' 4,8 % għal kull 100kg ta' prodott ippreparat, għall-użu fil-kċina
Dispożittiv
L-alkoħol li jinsab fil-kompożizzjoni ta' l-inbid tat-tisjir għandu, jekk ikollu qawwa alkoħolika li teċċedi l-1,2 %, jiġi kklassifikat fil-kategorija ta' l-alkoħol etiliku stabbilita fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta' Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tat-taxxi [dazji] tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy