5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation — Franza) — Glaxosmithkline, Laboratoires Glaxosmithkline vs Jean-Pierre Rouard
(Kawża C-462/06) (1)
(Regolament (KE) Nru 44/2001 - Sezzjoni 5 tal-Kapitolu II - Ġurisdizzjoni fir-rigward ta' kuntratti individwali ta' impjieg - Sezzjoni 2 tal-Kapitolu II - Ġurisdizzjoni speċjali - Artikolu 6(1) - Numru ta' konvenuti)
(2008/C 171/11)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Glaxosmithkline, Laboratoires Glaxosmithkline
Konvenut: Jean-Pierre Rouard
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 6(1), 18(1) u 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, p. 1) — Regoli ta' ġurisdizzjoni fir-rigward ta' kuntratti individwali ta' impjieg — Sitwazzjoni ta' impjegat imkeċċi li ħadem, fi Stati terzi, għal żewġ kumpanniji ta' grupp li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom f'żewġ Stati Membri differenti
Dispożittiv
Ir-regola ta' ġurisdizzjoni speċjali prevista fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali, ma tistax tapplika f'kontroversja koperta mis-Sezzjoni 5 tal-Kapitolu II ta' dan ir-regolament, dwar ir-regoli ta' ġurisdizzjoni applikabbli fir-rigward ta' kuntratti individwali ta' impjieg.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy