1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-480/06) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/50/KEE - Nuqqas ta’ proċedura formali ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku Ewropew għall-għoti ta’ servizzi ta’ trattament tal-iskart - Kooperazzjoni bejn awtoritajiet lokali)
2009/C 180/03
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u B. Schima, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u C. Schulze-Bahr, aġenti, C. von Donat, Rechtsanwalt)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 8 b’konnessjoni mat-Titoli III, IV, V u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU L 209, p.1) — Nuqqas li ssir il-proċedura formali għal għoti ta’ kuntratt Ewropew għall-għoti ta’ servizzi ta’ ġbir ta’ skart minn erba’ distretti (Landkreis) lil istituzzjoni pubblika
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 20, 27.1.2007.
Full & Egal Universal Law Academy