26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta' Dicembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen — Il-Belġju) — BVBA Van Landeghem vs Belgische Staat
(Kawża C-486/06) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura magħquda - Klassifikazzjoni tat-tariffi - Intestaturi 8703 u 8704 - Vettura bil-mutur tat-tip “pick-up’)
(2008/C 22/22)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hof van beroep te Antwerpen
Konvenuta: Belgische Staat
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van beroep te Antwerpen — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, p. 1) — Sub-titoli 8703 u 8704 — Klassifikazzjoni ta' vettura b'mutur tat-tip “pick-up” li tikkonsisti f'kabina magħluqa li sservi bħala spazju għall-passiġġieri u sodda-qiegħ ta' inqas minn 50 ċm għoli, mgħammra b'intern lussuż, b'sistema ta' brejkijiet ABS, b'magna tal-petrol minn 4 sa 8 litri, bi trazzjoni 4 × 4 u b'roti ta' l-aluminju ta' karozza sportiva lussuża.
Dispożittiv
Pick-ups bħal dawk in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma magħmula, minn naħa, minn kabina magħluqa li sservi bħala spazju għall-passiġġieri u li fiha jkun hemm sedili li jingħalqu jew li jitneħħew, b'ċinturini ta' sigurtà bi tliet punti għat-twaħħil li jinsabu wara s-sedil jew il-bank tas-sewwieq u, min-naħa l-oħra, minn parti għat-tagħbija li l-għoli tagħha ma jaqbiżx il-50 ċentimetru u li tista' tinfetaħ biss min-naħa ta' wara u li m'għandha ebda faċilitajiet għall-irbit ta' tagħbija, li għandhom finitura interna lussuża ħafna u li jiġu b'diversi alternattivi (b'mod partikolari, sedili tal-ġilda rregolati bl-elettriku, mirja u twieqi kkontrollati bl-elettriku, kif ukoll stereo li jaqra s-CDs), u huma mgħammra b'sistema ta' brejkijiet kontra l-ibblokkar tar-roti (ABS), b'magna petrol ta' 4 sa 8 litri ta' ċilindrata b'gearbox awtomatika u li għandha konsum għoli ħafna ta' karburant, bi drive b'erba' roti kif ukoll b'rimmijiet “sportivi” lussużi, għandhom jiġu kklassifikati, minħabba l-aspett ġenerali tagħhom u l-karatteristiċi tagħhom kollha, taħt l-intestatura 8703 tan-Nomenklatura Magħquda, li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta' Dwana, kif emendat mill-Annessi tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 3115/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1994, (KE) Nru 3009/95, tat-22 ta' Diċembru 1995, u (KE) Nru 1734/96, tad-9 ta' Settembru 1996.
(1) ĠU C 20 tas-27.1.2007.
Full & Egal Universal Law Academy