30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — L & D SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Julius Sämann Ltd
(Kawża C-488/06 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikoli 8(1)(b) u 73 - Trade mark figurattiva “Aire Limpio’ - Trade marks figurattivi Komunitarji, nazzjonali u internazzjonali li jirrappreżentaw siġra taż-żnuber b'ismijiet differenti - Oppożizzjoni mill-proprjetarju - Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni - Deduzzjoni tal-karattru distintiv partikolari tat-trade mark preċedenti minn elementi ta' prova relatati ma' trade mark oħra)
(2008/C 223/13)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: L & D SA [rappreżentant: S. Miralles Miravet, abogado]
Partijiet l-oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) [rappreżentanti: J. García Murillo, aġent] Julius Sämann Ltd [rappreżentant: E. Armijo Chávarri, abogado]
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba Awla) tas-7 ta' Settembru 2006, L & D vs UASI (T-168/04) li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-15 ta' Marzu 2004 (Każ R 326/2003-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Julius Sämann Ltd u L & D, SA
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
L & D SA għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 20, 27.1.2007.
Full & Egal Universal Law Academy