21.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 158/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Vestre Landsret — Id-Danimarka) — Danske Svineproducenter vs Justitsministeriet
(Kawża C-491/06) (1)
(Direttiva 91/628/KEE - Protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport - Traspożizzjoni - Marġni ta' diskrezzjoni - Annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-majjali - Vjaġġi li jeċċedu tul ta' tmien siegħat - Għoli minimu ta' kull livell tal-vettura - Densità ta' tagħbija)
(2008/C 158/06)
Lingwa tal-kawża: Id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Danske Svineproducenter
Konvenut: Justitsministeriet
Partijiet intervenjenti: Den Europæiske Dyre- og Kødhandelsunion (UECBV)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Vestre Landsret — Interpretazzjoni tal-punt 2(b), punt 47, Titolu D, u tat-tielet inċiż tal-punt 48(3) ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE, tad-19 ta' Novembru 1991, dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (ĠU L 340, p. 17), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 95/29/KE tad-29 ta' Ġunju 1995 (ĠU L 148, p. 52) — Għoli minimu u densità ta' tagħbija ġewwa kull sular fil-vetturi li jittrasportaw il-ħnieżer meta l-vjaġġ jieħu iżjed minn tmien sigħat
Dispożittiv
1)
Leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li tinkludi data ċċifrata f'dak li jirrigwarda l-għoli tal-kompartamenti ta' l-annimali sabiex it-trasportaturi jkunu jistgħu jirreferu għal regoli iktar preċiżi minn dawk stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE, tad-19 ta' Novembru 1991, dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/29/KE, tad-29 ta' Ġunju 1995, tista' tidħol fil-marġini ta' diskrezzjoni mogħtija lill-Istati Membri mill-Artikolu 249 KE, bil-kundizzjoni li din il-leġiżlazzjoni, li tirrispetta l-għan ta' protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport imfittex minn din id-direttiva, kif emendata, ma tostakolax, bi ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità, it-twettiq ta' l-għanijiet ta' eliminazzjoni ta' l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ ta' l-annimali ħajjin u sabiex l-organizzazzjonijiet tas-suq ikunu jistgħu joperaw bla xkiel li l-imsemmija direttiva, kif emendata, trid tilħaq wkoll. Hija l-qorti tar-rinviju għandha tivverifika jekk l-imsemmija leġiżlazzjoni tirrispettax dawn il-prinċipji.
2)
Il-Kapitolu VI, punt 47, Titolu D, ta' l-Anness tad-Direttiva 91/628, kif emendata bid-Direttiva 95/29/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru huwa awtorizzat jistabbilixxi sistema nazzjonali skond liema, fil-każ ta' trasport ta' tul ta' iktar minn tmien siegħat, l-erja disponibbli għal kull annimal hija ta' għallinqas 0,50 m2 għall-ħnieżer ta' 100 kg.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy