4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana, Wam SpA
(Kawża C-494/06 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Stabbiliment ta’ impriża f’ċerti Stati terzi - Self issussidjat - Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Distorsjoni tal-kompetizzjoni - Kummerċ ma’ Stati terzi - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Illegalità tal-għajnuna mill-Istat - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2009/C 153/06
Lingwa tal-proċedura: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I.M. Braguglia, aġent u P. Gentili, avvocato dello Stato), Wam SpA (rappreżentant: E. Giliani, avvocato)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Settembru 2006, Ir-Repubblika Taljana u Wam vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-304/04 u T-316/04) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/177/KE, tad-19 ta’ Mejju 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat C 4/2003 (ex NN 102/2002) implementata mill-Italja favur Wam SpA (ĠU L 63, p. 11)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż taż- żewġt istanzi.
(1) ĠU C 20, 27.1.2007
Full & Egal Universal Law Academy