4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-30 ta’ April 2009 — CAS Succhi di Frutta SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-497/06 P) (1)
(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ħlas in natura - Ħlas lill- aġġudikatarji bi frott differenti minn dak speċifikat fl-avviż tas- sejħa għal offerti - Rabta każwali)
2009/C 153/07
Lingwa tal-proċedura: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: CAS Succhi di Frutta SpA (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone, u D. Fioretti, avvocati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga, aġent, A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Settembru 2006, CAS Succhi di Frutta vs Il-Kummissjoni (T-226/01), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors li kellu bħala suġġett talba għall-kumpens tad-danni allegattament ikkawżata mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(96)1916, tat-22 ta’ Lulju 1996, u C(96)2208, tas-6 ta’ Settembru 1996, li ġew adottati fil-kuntest tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 228/96, tas-7 ta’ Frar 1996, dwar il-provvista ta’ meraq tal-frott u ta’ ġamm iddestinati għall-popolazzjonijiet tal-Armenja u l-Ażerbajġan (ĠU L 30, p. 18)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud
2)
CAS Succhi di Frutta SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 42, 24.2.2007
Full & Egal Universal Law Academy